Tahrig il-fehem San Patrizju PDF
Document Details
Tags
Summary
This document is a learning resource about Saint Patrick ,including historical information and questions to test knowledge. It details Saint Patrick's life and his connection to Ireland, including his role in spreading Christianity.
Full Transcript
# San Patrizju ## San Patrizju San Patrizju huwa l-qaddis patrun tal-Irlanda u huwa magħruf talli introduċa l-Kristjaneżmu fl-Irlanda. Huwa twieled fis-seklu 5. Twieled ġo familja sinjura Rumana li kienet tgħix fl-Ingilterra. Missieru kien politikant u djaknu tal-knisja- u għalhekk Patrizju trabb...
# San Patrizju ## San Patrizju San Patrizju huwa l-qaddis patrun tal-Irlanda u huwa magħruf talli introduċa l-Kristjaneżmu fl-Irlanda. Huwa twieled fis-seklu 5. Twieled ġo familja sinjura Rumana li kienet tgħix fl-Ingilterra. Missieru kien politikant u djaknu tal-knisja- u għalhekk Patrizju trabba ġo familja għonja. Akkademiċi huma mħasba fejn eżatt kien jgħix, jekk Wales jew l-Iskozja. Minkejja li missieru (u n-nannu tiegħu) kellhom rwoli importanti fil-knisja, Patrizju ma tantx kien reliġjuż dak iż-żmien. Meta kellu sittax-il sena ġie maħtuf minn pirati Irlandiżi u ħaduh l-Irlanda bħala skjav imma rnexxielu jaħrab wara sitt snin. Dan kien punt importanti f'ħajtu. San Patrizju kiteb li dawk is-snin tiegħu bħala skjav kienu essenjzjali għall-fidi tiegħu. Meta kien qed jaħrab, irnexxielu jikkonvinċi l-kaptan tal-vapur biex jieħdu 'l bogħod mill-Irlanda. Wara li studja f'diversi monasteri madwar l-Ewropa, San Patrizju sar qassis u rritorna lura l-Irlanda sabiex jikkonverti lin-nies għall-Kristjaneżmu. Huwa kien jirrakonta viżjoni li kellu fil-ħolm tiegħu- ta' raġel iħeġġu biex jirritorna lejn l-Irlanda. F'dak iż-żmien, il-Irlandiżi kienu pagani li jagħtu qima lil diversi allat. Il-qassis tal-pagani kien jissejjaħ Druwidu. Ħafna mill-oppożizzjoni li kellu San Patrizju kienet ġejja mid-Druwidi. Ħafna pruvaw joqtluh imma San Patrizju qatt ma waqaf milli jkompli l-missjoni tiegħu- li jxerred il-kelma t'Alla. Kien jemmen li Alla dejjem se jipproteġieh. It-talba famuża ta' San Patrizju tiddenkrivi t-twemmin tiegħu fil-protezzjoni t'Alla. Skont il-leġġenda, San Patrizju ltaqa' mal-kap tad-Druwidi li kien qiegħed jipprova joqtlu. San Patrizju kien iġorr miegħu stikka biex tgħinu jimxi għal meta jkun qiegħed jippriedka. Meta kien jieqaf biex jitkellem, kien jimbotta l-istikka ġol-art. Hemm leġġenda li tirrakonata kif darba minnhom, wara li dam jippriedka, l-injama ħadet l-għeruq u kibret f'siġra. Din ġrat f'post jismu Aspatria, f'Cumbria, l-Ingilterra. Wara intervent minn Alla, Patrizju ikkonverta lill-kap tal-Druwidi u kompla jxerred il-kelma t'Alla mal-kumplament tal-Irlanda. Huwa kkonverta eluf t'Irlandiżi u beda jibni l-knejjes madwar il-pajjiż. San Patrizju kien magħruf għax-xamrok li kien juża biex jispjega t-Trinità Mqaddsa lill-Irlandiżi. It-tliet weraq tax-xamrok jirrapreżentaw il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Hemm storja li tirrakonta kif kien hu li keċċa s-sriep 'il bogħod mill-Irlanda. Hemm possibilità kbira li din hija storja falza għax m'hemmx provi li juru li kienu jgħixu s-sriep qabel fl-Irlanda. Hija iktar possibli li s-serp huwa rapreżentazzjoni tal-ħażen. San Patrizju dar l-Irlanda, jippriedka, għall-erbgħin sena. Kien jagħmel il-mirakli u kiteb dwar l-imħabba t'Alla. Huwa esperjenza ħafna tbatija f'ħajtu: kien jgħix fil-faqar u meta kien skjav kien marbut bil-ktajjen u kien jiġi msawwat. San Patrizju miet fis-17 ta' Marzu 461 u għalhekk niċċelebraw il-festa ta' San Patrizju f'dan il-jum. Huwa maħsub li qiegħed midfun f'qabar f'Down Cathedral San Patrizju qatt ma ġie ikkanonizat uffiċjalment bħala qaddis. Il-kanonizzazzjoni bdiet issir madwar is-seklu 12 u billi hu kien diġà magħruf bħala qaddis ma kienx hemm għalfejn li jgħaddi mill-proċess. ## Mistoqsijiet Agħti żewġ raġunijiet għala San Patrizju għandu x'jaqsam mal-Irlanda Għala taħseb li San Patrizju għażel ix-xamrok biex jirrapreżenta lil Alla? Hemm min jaħseb li kien San Patrizju li keċċa s-sriep mill-Irlanda. Għala taħseb li din l-istorja tibqa' titwemmen? Sib żewġ kliem jew frażi li juru li hemm xi inċertezzi fil-bijografija ta' San Patrizju. Meta niċċelebraw il-festa ta' San Patrizju? Għala niċċelebrawa f'dan il-jum? Taf kif jiċċelebraw din il-festa fl-Irlanda? Uża dizzjunarj biex issib it-tifsira ta' dawn il-kliem: kanonizzazzjoni: missjunarju: ghonja: Liema leġġenda f'Cumbria, hija marbuta ma' San Patrizju? Pinġi l-istadji differenti ta' ħajjet San Patrizju- ipprova inkludi dak kolli li qrajt dwaru.